Ħamsa u sittin Sixty five
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal ĦAMSA U SITTIN għandu żewġ partijiet. L-ewwel isir is-sinjal għal SITTA b’id waħda quddiem l-ispalla tal-istess naħa bil-pala tħares ’il ġewwa . Is-saba’ il-kbir jintlewa ’l isfel mill-għaksa waqt li s-swaba’ l-oħra jintlwew lejn il-pala. Imbagħad isir is-sinjal għal ĦAMSA b’id waħda quddiem l-ispalla tal-istess naħa bil-pala tħares ’il ġewwa. Il-ħamest iswaba’ jieqfu bil-ponta tas-swaba’ jħarsu ’il fuq.
The sign for SIXTY FIVE has two parts. The first part is the sign for SIX made with one hand upright in front of the shoulder of the same side with the palm facing inwards. The thumb is bent downwards from the knuckle whilst the other fingers point are bent towards the palm. Then, the sign for FIVE is made with one hand upright in front of the shoulder of the same side with the palm facing inwards. The five fingers point upwards.